Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Zucchetti Rubinetteria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-396/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Kunċett ta’ ksur – Ksur uniku – Suq rilevanti – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Gravità – Koeffiċjenti”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Zucchetti Rubinetteria SpA (Gozzano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Condinanzi, P. Ziotti u N. Vasile, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u L. Malferrari, aġenti, assistiti inizjalment minn F. Ruggeri Laderchi u A. De Matteis, sussegwentement minn F. Ruggeri Laderchi, avukati)

Suġġett

Talba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-kanċellament jew it-tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuqha.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Zucchetti Rubinetteria SpA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.