Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapest Környéki Törvényszék (l-Ungerija) fit-28 ta’ April 2021 – WD vs Agrárminiszter

(Kawża C-273/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapest Környéki Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WD

Konvenut: Agrárminiszter

Domanda preliminari

L-Artikolu 32(2)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li superfiċji, ikklassifikata fir-reġistru tal-artijiet bħala “ajrudrom irtirat mill-azjenda agrikola”, u li fuqha ma sseħħ l-ebda attività relatata ma’ ajrudrom, għandha titqies li tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli jekk fuq l-imsemmija superfiċji jitwettqu attivitajiet ta’ trobbija ta’ annimali għal finijiet agrikoli?

____________

1     ĠU 2013, L 347, p. 608, rettifika fil-ĠU 2016, L 130, p. 7.