Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Novembru 2020 – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs TC Medical Air Ambulance Agency GmbH

(Kawża C-633/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Konvenut: TC Medical Air Ambulance Agency GmbH

Domanda preliminari

Impriża li ssottoskriviet għall-klijenti tagħha, fil-kwalità ta’ detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni, assigurazzjoni għall-mard inkors fl-ivvjaġġar barra mill-pajjiż u assigurazzjoni għall-ispejjeż tar-ripatrijazzjoni barra mill-pajjiż u fit-territorju nazzjonali fil-kuntest ta’ assigurazzjoni ta’ grupp ma’ impriża ta’ assigurazzjoni, li tbigħ lill-konsumaturi adeżjonijiet li jagħtuhom dritt għall-benefiċċji tal-assigurazzjoni fil-każ ta’ mard jew ta’ inċident barra mill-pajjiż u li tirċievi remunerazzjoni mħallsa mill-membri affiljati b’korrispettiv għall-kopertura ta’ assigurazzjoni akkwistata, hija intermedjarju ta’ assigurazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2(3) u (5) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni 1 u tal-Artikolu 2(1)(1), (3) u (8) tad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni) 2  ?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 330.

2     ĠU 2016, L 26, p. 19.