Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2013 – Alpinestars Research vs UASI – Tung Cho u Wang Yu (A ASTER)
(Kawża T-521/13)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alpinestars Research Srl (Coste di Maser, l-Italja) (rappreżentanti: G. Dragotti and R. Valenti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kean Tung Cho (Taichung City, Tajwan); u Ling-Yuan Wang Yu (Wuci Township, Tajwan)
Talbiet
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tal-15 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 2309/2012-4;
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-partijiet l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad li tinkludi l-elementi verbali “A ASTER” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 084 395
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “A-STARS” għal prodotti fil-klassijiet 9, 12, 14, 18, 25 u 28 – Trade mark Komunitarja Nru 6 181 002
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja