Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2013 – Éditions Quo Vadis vs UASI - Gómez Hernández (“QUO VADIS”)

(Kawża T-517/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Éditions Quo Vadis (Carquefou, Franza) (rappreżentant: F. Valentin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Francisco Gómez Hernández (Jacarilla, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tal-10 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 1166/2012-4.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “QUO VADIS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 33 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 871 758

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Franċiża Nru 92 422 947 għat-trade mark verbali “QUO VADIS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 u t-trade mark Franċiża Nru 257 750 għat-trade mark verbali “QUO VADIS” għal prodotti fil-klassi 16

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti u servizzi kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.