Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2015 – Philip Morris Benelux vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-520/13) 1
[“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-impatt elaborat fil-kuntest tal-proposta għal reviżjoni tad-direttiva dwar il-prodotti tat-tabakk – Rifjut ta’ aċċess – Żvelar wara l-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”]
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Philip Morris Benelux (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Nordlander, avukat, P. Harrison, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Lulju 2013, li ċaħdet it-talba għall-aċċess għall-abbozzi tar-rapport ta’ analiżi ta’ impatt fil-kuntest tal-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tad-direttiva dwar il-prodotti tat-tabakk.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata, minbarra li tbati l-ispejjeż tagħha stess, għall-ispejjeż ta’ Philip Morris Benelux.
____________1 ĠU C 344, 23.11.2013.