Language of document : ECLI:EU:T:2015:474





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Lulju 2015 —
Alpinestars Research vs UASI – Tung Cho u Wang Yu (A ASTER)

(Kawża T‑521/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva A ASTER — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti A-STARS — Raġuni relattiva għal rifjut — Riskju ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 16, 17, 23, 24)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 54, 55)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva A ASTER u trade mark verbali A-STARS (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 61-64)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Lulju 2006 (Każ R 2309/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Alpinestars Research Srl, minn naħa, u Kean Tung Cho u Ling-Yuan Wang Yu, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI) tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 2309/2012-4) hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.