Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2014 – Alstom vs Il-Kommissjoni

(Kawża T-517/09) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tat-transformers tal-elettriku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Kunċett ta’ impriża – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti minn kumpannija parent fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alstom (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentanti: J. Derenne u A. Müller-Rappard, avukati)

Konvenuta: Il-Kommissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet, N. von Lingen u K. Mojzesowicz, sussegwentement A. Bouquet, K. Mojzesowicz u P. Van Nuffel, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7601 finali, tas-7 ta’ Ottubru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.129 – Transformers tal-Elettriku).DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7601 finali, tas-7 ta’ Ottubru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.129 – Transformers tal-elettriku) hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil Alstom.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.