Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Rubinetteria Cisal vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-368/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijakk tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Kunċett ta’ ksur – Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni tal-2002 – Kooperazzjoni – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Kalkolu tal-ammont tal-multa – Assenza ta’ kapaċità kontributtiva”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Rubinetteria Cisal SpA (Alzo Frazione di Pella, l-Italja) (rappreżentant: M. Pinnarò u P. Santer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u L. Malferrari, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba bil-għan, prinċipalment, tal-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju) sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa impost fuqha.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Rubinetteria Cisal SpA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.