Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2014 – Borrajo Canelo vs UASI – Tecnoazúcar (PALMA MULATA)

(Kawża T-381/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja verbali PALMA MULTA – Użu ġenwin – Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Forma li hija differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ana Borrajo Canelo (Madrid, Spanja); Carlos Borrajo Canelo (Madrid); u Luis Borrajo Canelo (Madrid) (rappreżentant: A. Gómez López, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tecnoazúcar (Ħavana, Kuba) (rappreżentanti: J. Carbonell Callicó, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Mejju 2012 (Każ R 2265/2010-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Ana Borrajo Canelo, Carlos Borrajo Canelo u Luis Borrajo Canelo, minn naħa, u Tecnoazúcar, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ana Borrajo Canelo, Carlos Borrajo Canelo u Luis Borrajo Canelo huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 343, 10.11.2012.