Language of document : ECLI:EU:T:2021:500


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat28 ta’ Lulju 2021 – UPTR vs IlParlament u lKunsill

(Kawża T634/20)

“Rikors għal annullament – Trasport bit-triq – Regolament (UE) 2020/1055 – Suq tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq – Kabotaġġ – Assoċjazzjoni professjonali – Locus standi – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”

1.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 20, 21)

2.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Rikors ta’ assoċjazzjoni professjonali li tħares u tirrappreżenta l-membri tagħha – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 25, 27, 29)

3.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess individwali minn att ta’ natura ġenerali – Kundizzjonijiet – Regolament li jistabbilixxi regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq – Rikors ta’ assoċjazzjoni professjonali li tħares u tirrappreżenta l-membri tagħha – Assenza ta’ interess dirett u individwali – Inammissibbiltà

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2020/1055, Artikolu 2(4))

(ara l-punti 39 sa 41, 45, 46, 49)

4.      Drittijiet fundamentali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Stħarriġ tal-legalità tal-atti tal-Unjoni – Modalitajiet – Protezzjoni ta’ dan id-dritt mill-qorti tal-Unjoni jew mill-qrati nazzjonali skont in-natura legali tal-att ikkontestat – Possibbiltà li jintuża r-rimedju tar-rikors għal annullament jew tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari għall-evalwazzjoni tal-validità

(Artikoli 6(1) u 19(1) TUE; ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263, 267 u 277 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 47, 51(1) u 52(7))

(ara l-punti 60, 62 sa 66)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq (ĠU 2020, L 249, p. 17).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Unie van Professionele Transporteurs en Logistieke Ondernemers (UPTR) hija kkundannata għall-ispejjeż.