Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Novembru 2011 - EFIM vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-296/09)
("Kompetizzjoni - Akkordju - Abbuż ta' pożizzjoni dominati - Suq tal-cartridges tal-linka - Deċiżjoni ta' ċaħda ta' ilment - Nuqqas ta' interess Komunitarju")
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: European Federation of Ink and Ink Cartridge Manufacturers (EFIM) (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Ehle, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: A. Antoniadis u A. Biolan, aġenti, assistiti minn W. Berg, avukat)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Lexmark International Technology SA (Meyrin, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Snelders, avukat, u G. Eclair-Heath, solicitor)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 4125, tal-20 ta' Mejju 2009, li tiċħad l-ilment COMP/C-3/39.391, dwar allegat ksur tal-Artikoli 81 u 82 KE mill-kumpanniji Hewlett-Packard, Lexmark, Canon u Epson fis-swieq tal-cartridges tal-linka.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Federation of Ink and Ink Cartridge Manufacturers (EFIM) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
3) Lexmark International Technology SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 24.10.2009.