Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Novembru 2011 - Sports Warehouse vs UASI (TENNIS WAREHOUSE)

(Kawża T-290/10) 

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TENNIS WAREHOUSE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Karattru distinitv - Obbligu ta' motivazzjoni - Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sports Warehouse GmbH (Schutterwald, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement R. Pethke, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta' April 2010 (Każ R 1259/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TENNIS WAREHOUSE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sports Warehouse GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 234, 28.08.2011.