Language of document : ECLI:EU:T:2012:530





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-158/09)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Infiq eskluż mill-finanzjament — Clearance tal-kontijiet tal-organi tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG — Negliġenza tal-Istat Membru fl-irkupru ta’ somom indebitament imħallsa — Konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru għandhom jiġu sostnuti mill-Istat Membru ”

1.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Prinċipji — Obbligu ta’ diliġenza tal-Istati Membri fl-irkupru tal-ammonti mħallsa irregolarment (Artikolu 10 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikoli 8(1) u (2), u Nru 1290/2005) (ara l-punti 46-49)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 56-60)

3.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Obbligi tal-Istati Membri — Adozzjoni ta’ miżuri li jiżguraw ir-regolarità tal-infiq — Portata (Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikoli 2, 3 u 8 (1), Nru 1258/1999, Artikoli 2, 3 u 8(1), u Nru 1290/2005, Artikoli 3 u 9(1)) (ara l-punti 63-65)

4.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru [Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 5(2)(ċ), u Nru 1258/1999, Artikolu 7(4)] (ara l-punti 66)

5.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrevoka għajnuna finanzjarja tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni sabiex tissostitwixxi deċiżjoni oħra għad-deċiżjoni kkontestata jew sabiex tirriforma ta’ din tal-aħħar — Assenza (Artikolu 261 TFUE) (ara l-punt 176)

6.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropej — Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Kamp ta’ applikazzjoni — Inapplikabbiltà għall-ksur ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirriżultaw minn att jew ommissjoni ta’ Stat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95) (ara l-punt 183)

7.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet — Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni (ara l-punti 184-186)

8.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali — Assenza [Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikoli 5(2)(ċ) u 8(2), Nru 1258/1999, subparagrafu 5 tal-Artikolu 7(4) u Artikolu 8(2), u Nru 1290/2005, Artikolu 31(4) u (5) u Artikolu 32] (ara l-punti 186-192)

9.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Proċedura ta’ clearance tal-kontijiet — Obbligi tal-Kummissjoni — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Ksur — Konsegwenzi (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4), u Nru 1290/2005, Artikolu 31(3)) (ara l-punti 193-202)

Suġġett

Talba għall-annullament jew bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 810 finali, tat-13 ta’ Frar 2009, dwar it-trattament finanzjarju li għandu jiġi applikat, fil-kuntest tal-clearance tal-kontijiet tal-infiq iffinanzjat mit-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG), f’ċerti każi ta’ irregolaritajiet minn operaturi, peress li din id-deċiżjoni teskludi mill-finanzjament Komunitarju u timponi fuq ir-Repubblika Ellenika ammont ta’ EUR 13 348 979.02.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 810 finali, tat-13 ta’ Frar 2009, dwar it-trattament finanzjarju li għandu jiġi applikat, fil-kuntest tal-clearance tal-kontijiet tal-infiq iffinanzjat mit-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG), f’ċerti każi ta’ irregolaritajiet minn operaturi, hija annullata sa fejn jingħalqu l-fajls EL/1993/01 u EL/1994/031 u timponi, fuq ir-Repubblika Ellenika, ammonti ta’ EUR 519 907 u ta’ EUR 300 914.99.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tbati erba’ kwinti mill-ispejjeż tagħha kif ukoll erba’ kwinti mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata li tħallas kwint mill-ispejjeż tagħha u kwint mill-ispejjeż tar-Repubblika Ellenika.