Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta' Diċembru 2010
AG vs Il-Parlament
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Tkeċċija wara li ntemm il-perijodu ta' prova - Inammissibbiltà manifesta - Dewmien fil-preżentata ta' rikors - Notifika permezz ta' ittra reġistrata b'avviż ta' riċevuta)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: AG (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u V. Montebello-Demogeot, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta' tkeċċija tar-rikorrenti wara li ntemm il-perijodu ta' prova kif ukoll talba għall-ħlas tad-danni allegatament subiti.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
AG għandha tbati l-ispejjeż kollha.
____________1 - ĠU C 161, 19.06.2010, p. 58