Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Bratislava I (is-Slovakkja) fid-29 ta’ Diċembru 2020 – Proċeduri kriminali kontra AM

(Kawża C-710/20)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Bratislava

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

Krajská prokuratúra v Bratislave, AM

Domandi preliminari

Dispożizzjoni ta’ liġi nazzjonali li tannulla direttament, mingħajr deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali, id-deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali li ttemm proċeduri kriminali, li, abbażi tad-dritt nazzjonali, għandha n-natura ta’ deċiżjoni definittiva li tinvolvi l-ħelsien u li abbażi tagħha l-proċedura kriminali ġiet interrotta definittivament b’riżultat tal-amnestija mogħtija konformement ma’ liġi nazzjonali, hija konformi mad-dritt għal qorti imparzjali, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mad-dritt li individwu ma jkunx suġġett darbtejn għal proċeduri jew għal sanzjonijiet kriminali għall-istess reat, stabbilit fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mill-Artikolu 82 TFUE? Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal din id-domanda, il-qorti nazzjonali hija marbuta minn tali dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali?

Dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li tillimita l-istħarriġ mill-Qorti Kostituzzjonali tar-riżoluzzjoni tan-Národná rada Slovenskej republiky (il-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika tas-Slovakkja) li tirrevoka amnestija jew maħfra individwali u adottata b’applikazzjoni tal-Artikolu 86(i) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tas-Slovakkja fid-dawl biss tal-kostituzzjonalità tagħha, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni atti vinkolanti adottati mill-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, mit-TFUE kif ukoll mit-TUE, hija konformi mal-prinċipju ta’ lealtà fis-sens tal-Artikolu 4(3) TUE, tal-Artikolu 267 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 82 TFUE, mad-dritt għal qorti imparzjali, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll mad-dritt li individwu ma jkunx suġġett darbtejn għal proċeduri jew għal sanzjonijiet kriminali għall-istess reat, stabbilit fl-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali? Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal din id-domanda, il-qorti nazzjonali hija marbuta minn tali dispożizzjoni tal-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali?

____________