Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2008 - Mars vs L-UASI - Ludwig Schokolade (trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta ċikkulata [chocolate bar])

(Kawża T-28/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mars, Inc. (McLean, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Bryson, barrister, u G. Mills, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Ludwig Schokolade GmbH & Co. KG (Bergisch Gladbach, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta' Ottubru 2007;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark tridimensjonali li tirrapreżenta ċikkulata [chocolate bar] għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 - Trade mark Komunitarja Nru 818 864

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Mars, Inc.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja : Ludwig Schokolade GmbH & Co. KG

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u tad-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 7(1)(b) u (3), 51(2), 73 u 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li:

il-Bord ta' l-Appell kellu jikkonkludi li l-forma in kwistjoni kienet tiddevja b'mod sinjifikanti min-normi u mill-użanzi tas-settur rilevanti;

il-Bord ta' l-Appell kien jeżiġi prova li t-trade mark kienet kisbet karattru distintiv f'kull Stat Membru rilevanti fuq bażi individwali u mhux bbażata fuq il-kwistjoni dwar jekk kinitx kisbet karattru distintiv f'parti sostanzjali tas-suq Komunitarju taċ-ċikkulati [chocolate bars];

il-Bord ta' l-Appell ibbaża ruħu, fid-deċiżjoni kkontestata, fuq punt li ma kienx tqajjem qabel, la mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u lanqas minn Ludwig Schokolade.

____________