Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Mejju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof - l-Awstrija) – Staatlich genehmigte Gesellschaft der Autoren, Komponisten und Musikverleger Reg. Gen. mbH (AKM) vs Canal+ Luxembourg Sàrl

(Kawża C-290/21 1 , AKM (Provvista ta’ pakketti bis-satellita fl-Awstrija))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur applikabbli għax-xandir bis-satellita u għat-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable – Direttiva 93/83/KEE – Artikolu 1(2) – Komunikazzjoni lill-pubbliku permezz tas-satellita – Kunċett – Fornitur ta’ pakketti bis-satellita – Xandir ta’ programmi fi Stat Membru ieħor – Post tal-att ta’ sfruttament li permezz tiegħu dan il-fornitur jipparteċipa f’tali komunikazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatlich genehmigte Gesellschaft der Autoren, Komponisten und Musikverleger Reg. Gen. mbH (AKM)

Konvenut: Canal+ Luxembourg Sàrl

fil-preżenza ta’: Tele 5 TM-TV GmbH, Österreichische Rundfunksender GmbH & Co. KG, Seven.One Entertainment Group GmbH, ProSiebenSat.1 PULS 4 GmbH,

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE tas-27 ta’ Settembru 1993 dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet ta’ l-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

fil-każ fejn fornitur tal-pakketti bis-satellita jkun obbligat jikseb, għall-att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku permezz tas-satellita li jipparteċipa fih, l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati kkonċernati, din l-awtorizzazzjoni għandha tinkiseb, bħal dik mogħtija lill-organizzazzjoni tax-xandir ikkonċernata, biss fl-Istat Membru li fih is-sinjali li jittrażmettu l-programmi huma introdotti fil-katina ta’ komunikazzjoni li twassal għas-satellita.

____________

1     ĠU C 320, 9.8.2021.