Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tad-19 ta' Diċembru 2012 - Bavaria NV vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-445/11 P)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq Olandiż tal-birra - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Tul tal-proċedura amministrattiva - Livell tal-multa)
Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Bavaria NV (rappreżentanti: O. Brouwer, P. W. Schepens u N. Al-Ani, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn M. Slotboom, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) tas-16 ta' Ġunju 2011, Bavaria vs Il-Kummissjoni (T-235/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1697, tat-18 ta' April 2007, dwar provvediment [proċedura] skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B/37.766 - Suq Olandiż tal-birra), sa fejn f'dan l-artikolu l-Kummissjoni Ewropea kkonstatat li Bavaria NV kienet ipparteċipat fi ksur li jikkonsisti fil-koordinazzjoni okkażjonali tal-kundizzjonijiet kummerċjali, minbarra l-prezzijiet, offruti lill-konsumaturi individwali fis-settur "horeca" fil-Pajjiżi l-Baxxi.
Dispożittiv
L-appell huwa miċħud.
Bavaria NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 340, 19.11.2011.