Language of document : ECLI:EU:C:2012:828





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Bavaria vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑445/11 P)

“Appell — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq Olandiż tal-birra — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Multi — Tul tal-proċedura amministrattiva — Livell tal-multa”

1.                     Appell — Aggravji — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament — Motiv ibbażat fuq l-iżnaturament tal-provi — Neċessità li jiġu indikati b’mod preċiż il-provi żnaturati u li jiġu indikati l-iżbalji fl-evalwazzjoni li wasslu għal dan l-iżnaturament (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 169(2)) (ara l-punti 23, 24, 27, 28, 123)

2.                     Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Inammissibbiltà (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 169(2)) (ara l-punti 93-95)

3.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Nuqqas ta’ lista vinkolanti jew eżawrjenti ta’ kriterji — Marġni ta’ diskrezzjoni rriżervat għall-Kummissjoni — Żieda tal-livell ġenerali tal-multi — Ammissibbiltà (Artikolu 81 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3)) (ara l-punti 53-55, 57-59, 73, 74)

4.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Obbligi tal-Kummissjoni — Osservanza ta’ terminu raġonevoli (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punt 77)

5.                     Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256 (1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170) (ara l-punti 98-100)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) tas-16 ta’ Ġunju 2011, Bavaria vs Il-Kummissjoni (T‑235/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1697, tat-18 ta’ April 2007, dwar provvediment [proċedura] skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/B/37.766 – Suq Olandiż tal-birra), sa fejn f’dan l-artikolu l-Kummissjoni Ewropea kkonstatat li Bavaria NV kienet ipparteċipat fi ksur li jikkonsisti fil-koordinazzjoni okkażjonali tal-kundizzjonijiet kummerċjali, minbarra l-prezzijiet, offruti lill-konsumaturi individwali fis-settur “horeca” fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bavaria NV hija kkundannata għall-ispejjeż.