Language of document : ECLI:EU:T:2014:905





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2014 — Nikolaou vs Il-Kummissjoni u BĊE

(Kawża T‑331/13)

“Rikors għal annullament — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro dwar ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru — Isem żbaljat tal-konvenuta fir-rikors — Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tal-konvenut — Identifikazzjoni bħala konvenut, mingħajr żball min-naħa tar-rikorrent, ta’ persuna differenti mill-awtriċi tal-att ikkontestat — Inammissibbiltà — Limiti — Provi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-konvenut mingħajr ambigwità (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(b)) (ara l-punt 36)

2.                     Politika ekonomika u monetarja — Politika monetarja — Koordinazzjoni tal-politika monetarja — Laqgħa informali tal-Istati Membri li għandhom l-Euro bħala munita fi ħdan il-grupp tal-euro — Entità awtonoma — Imputazzjoni tad-dikjarazzjonijiet adottati lill-Kummissjoni jew lill-Bank Ċentrali Ewropew — Esklużjoni (Artikolu 137 TFUE; protokoll Nru 14 anness mat-Trattati UE u FUE) (ara l-punti 39, 41-45)

3.                     Politika ekonomika u monetarja — Politika ekonomika — Koordinazzjoni tal-politika ekonomika — Mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbiltà — Possibbiltà għall-Kummissjoni u għall-Bank Ċentrali Ewropew li jeżerċitaw kompetenzi ta’ kontroll — Esklużjoni (Trattat li jistabbilixxi l-mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbiltà, Artikoli 1, 2 u 32(2)) (ara l-punti 47, 48)

4.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti skont is-suġġett tal-att — Dikjarazzjonijiet adottati mill-grupp tal-euro — Esklużjoni (Artikoli 137 TFUE u 263(1) TFUE; protokoll Nru 14 anness mat-Trattati UE u FUE) (ara l-punti 51-53, 60)

5.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi biex tinkiseb sentenza dikjaratorja — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 64)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro tal-25 ta’ Marzu 2013 dwar, b’mod partikolari, ir-ristrutturazzjoni tas-settur bankarju f’Ċipru.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Marinos Nikolaou għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).