Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Jannar 2013 - Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-46/09) 

("FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament - Ipproċessar ta' frott taċ-ċitru, qoton, laħam taċ-ċanga u tal-vitella u żejt taż-żebbuġa - Verifika finanzjarja - Kontrolli prinċipali - Proporzjonalità - Rikorrenza - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: V. Kontolaimos, I. Chalkias, S. Charitaki u S. Papaïoannou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Markoulli u H. Tserepa-Lacombe, aġenti, assistiti minn N. Korogiannakis)

Suġġett

Talba għall-anullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/960/KE, tat-8 ta' Diċembru 2008, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta' Garanzija ta' Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) (ĠU L 340, p. 99), sa fejn teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 90, 18.04.2009.