Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' April 2009 - Cachuera vs UASI - Gelkaps (Ayanda)

(Kawża T-43/09)1

("Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: La Cachuera, SA (Misiones, l-Arġentina) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Gelkaps GmbH (Pritzwalk, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta' Novembru 2008 (Każ RE 87/2008-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn La Cachuera, SA u Gelkaps GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

La Cachuera, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 69, 21.3.2009.