Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2013

ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-69/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deksrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi tad-DĠI l-ġodda.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li jiġu kkalkulati s-snin ta’ servizz rikonoxxuti fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-“iSPIUE”) f’każ ta’ trasferiment tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni għal din l-iskema, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (iktar ’il quddiem id-“DĠI”) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.