Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fid-29 ta’ Jannar 2021 – Prestige and Limousine, S.L. vs Área Metropolitana de Barcelona
(Kawża C-50/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Cataluña
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Prestige and Limousine, S.L.
Konvenut: Área Metropolitana de Barcelona
Domandi preliminari
L-Artikoli 49 u 107(1) TFUE jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali – liġijiet u regolamenti – li mingħajr ebda raġuni plawżibbli jillimitaw l-awtorizzazzjonijiet ta’ VPX 1 għal awtorizzazzjoni għal kull tletin liċenzja ta’ taxi jew inqas?
L-Artikoli 49 u 107(1) TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li mingħajr ebda raġuni plawżibbli tistabbilixxi t-tieni awtorizzazzjoni u rekwiżiti addizzjonali għall-VPX li jixtiequ joffru servizzi urbani?
____________
1 Vettura privata bix-xufier