Language of document : ECLI:EU:T:2012:424





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Settembru 2012 – Sogepi Consulting y Publicidad vs UASI (ESPETEC)

(Kawża T‑72/11)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ESPETEC - Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(1)(b) u (c) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 17)

2.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha – Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 24)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ servizz – Trade mark verbali ESPETEC (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c)) (ara l-punti 36‑38, 40, 41)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 43‑45, 50‑55, 61‑66)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Novembru 2010 (Każ R 312/2010‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ESPETEC bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sogepi Consulting y Publicidad, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.