Language of document : ECLI:EU:T:2015:980





tSentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2015 – VTZ et vs Il-Kunsill

(Kawża T‑108/13)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja – Dazju antidumping definittiv – Prodott ikkonċernat”

1.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Eżami tal-evalwazzjonijiet skont l-elementi ta’ informazzjoni disponibbli fil-mument li jsiru l-imsemmija evalwazzjonijiet (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1225/2009, Nru 585/2012 u Nru 1269/2012) (ara l-punti 34-36, 39, 91)

2.                     Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Intestaturi tariffarji – Klassifikazzjoni tal-merkanzija – Kriterji – Karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi tal-prodott (ara l-punt 45)

3.                     Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Intestaturi tariffarji – Interpretazzjoni – Noti ta’ spjega għan-Nomenklatura Magħquda – Assenza ta’ saħħa vinkolanti – Obbligu ta’ konformità tal-imsemmija noti mad-dispożizzjonijiet tan-nomenklatura magħquda (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1006/2011) (ara l-punti 46, 60-62, 78, 80)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest u tas-sens normali tal-kliem – Testi plurilingwi – Diverġenzi bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi – Teħid inkunsiderazzjoni tal-istruttura u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara l-punti 63, 64)

5.                     Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Intestaturi tariffarji – Subintestaturi 7304 39 10 u 7304 59 10 – Kunċett ta’ prodott mhux maħdum – Interpretazzjoni – Noti ta’ spjega għan-Nomenklatura Magħquda – Natura mhux eżawrjenti (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1006/2011) (ara l-punti 67-86, 116)

6.                     Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Intestaturi tariffarji – Subintestaturi 7304 39 10 u 7304 59 10 – Kunċett ta’ prodott mhux maħdum – Interpretazzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1006/2011) (ara l-punti 105, 106, 109, 111-115, 118, 128-148)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 156, 157)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1269/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 585/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw, inter-alia, mir-Russja, wara reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 357, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud kollu kemm hu.

2)

Volžskij trubnyi zavod OAO (VTZ OAO), Taganrogskij metallurgičeskij zavod OAO (Tagmet OAO), Sinarskij trubnyj zavod OAO (SinTZ OAO) u Severskij trubnyj zavod OAO (STZ OAO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u minn ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s., Benteler Steel/Tube GmbH, Dalmine SpA, Productos Tubulares, SA, Rohrwerk Maxhütte GmbH, ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Silcotub SA, Tubos Reunidos Industrial, SL, V & M Deutschland GmbH, V & M France, Vallourec Mannesmann Oil & Gas France u voestalpine Tubular GmbH & Co. KG.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.