Language of document : ECLI:EU:T:2016:735





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Mondelez UK Holdings & Services vs EUIPO – Société des produits Nestlé (Forma ta’ biċċa ċikkulata)

(Kawża T-112/13)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ invalidità — Trade mark tridimensjonali — Forma ta’ biċċa ċikkulata — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 1(7)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Trade mark tridimensjonali – Forma ta’ biċċa ċikkulata

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(b) u 52(1)(a))

(ara l-punti 24, 25, 42-44, 58-61, 101, 117, 177, 178)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Użu parzjali – Effett – Kunċett ta’ “prodotti jew servizzi” li għalihom issir ir-reġistrazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3))

(ara l-punti 26, 27)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 1(7)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Oneru tal-prova

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(b) u 52(1)(a))

(ara l-punti 55, 76)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 1(7)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3))

(ara l-punti 67-72, 77, 93)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal – Teħid inkunsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biss – Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri jew pajjiżi terzi – Deċiżjonijiet li ma jorbtux lill-organi tal-Unjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009)

(ara l-punti 108, 109)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 1(7)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Trade mark mingħajr karattru distintiv fl-Unjoni kollha –Kisba permezz tal-użu wkoll fl-Unjoni kollha

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 1(2) u 7(3))

(ara l-punti 119-129, 139)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 513/2011-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Cadbury Holdings u Société des produits Nestlé.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Diċembru 2012 (każ R 513/2011-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Mondelez UK Holdings & Services Ltd.

3)

Société des produits Nestlé SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.