Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Ecolab USA vs UASI (GREASECUTTER)

(Kawża T-610/13)1

[“Trade mark Komunitarja – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea – Trade mark verbali GREASECUTTER – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009ˮ]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ecolab USA, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u V. Töbelmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1704/2012-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali GREASECUTTER.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ecolab USA, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 24, 25.1.2014.