Language of document : ECLI:EU:T:2016:478

Kawża T‑392/13

Leone La Ferla SpA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

u

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi,

“REACH – Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza – Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju – Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża – Rakkomandazzjoni 2003/361/KE – Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva – Talba għal informazzjoni – Setgħa tal-ECHA – Proporzjonalità”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016

1.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal- Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ))

2.      Proċedura ġudizzjarja – Bażi legali ta’ rikors – Għażla f’idejn ir-rikorrent u mhux f’idejn il-qorti tal-Unjoni

3.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Regolamenti tal-Kummissjoni dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Atti li jinvolvu miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Assenza ta’ interess dirett u individwali – Inammissibbiltà

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 340/2008 u Nru 254/2013)

4.      Eċċezzjoni ta’ illegalità – Natura inċidentali – Eċċezzjoni mhux eċċepita fir-rikors – Inammissibbiltà

(Artikolu 277 TFUE)

5.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati –Motivi insostenn tal-eċċezzjoni ta’ illegalità mhux esposti fir-rikors – Inammissibbiltà tal-eċċezzjoni

(Artikoli 263 TFUE u 277 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ))

6.      Proċedura ġudizzjarja – Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 113)

7.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti skont is-sustanza tal-att

(Artikolu 263 TFUE)

8.      Rikors għal annullament – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni purament konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti – Inammissibbiltà – Kunċett ta’ deċiżjoni konfermattiva

(Artikolu 263 TFUE)

9.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Ittra tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tfakkar il-kuntest ġuridiku applikabbli għal deċiżjoni li timponi ħlasijiet fuq impriża dikjaranti – Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 340/2008, Artikolu 13(4))

10.    Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors ippreżentat kontra l-awtur tal-att ikkontestat – Talba għall-annullament ta’ att tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) mressqa kontra l-Kummissjoni – Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE)

11.    Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Eżami ex officio mill-qorti

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

12.    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ – Neċessità li jiġu speċifikati l-elementi kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti – Assenza

(Artikolu 296 TFUE)

13.    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Ħlasijiet u spejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Kompetenza tal-ECHA biex titlob provi li juru li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ tnaqqis jew ta’ eżenzjoni mill-ħlasijiet huma ssodisfatti

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 20(2), Regolament tal-Kummissjoni Nru 340/2008, Artikolu 13(3) u (4))

14.    Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett

(Artikolu 263 TFUE)

15.    Atti tal-istituzzjonijiet – Rakkomandazzjonijiet – Applikazzjoni permezz ta’ riferiment ta’ regolament – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – Riferiment mir-Regolamenti Nru 1907/2006 u Nru 340/2008 għar-Rakkomandazzjoni 2003/361 interpretat bħala li jeskludi wħud mill-kriterji msemmija f’din tal-aħħar – Esklużjoni

(Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 3(36); Regolament tal-Kummissjoni Nru 340/2008; Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361, Anness, Titolu I)

16.    Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Kundizzjonijiet – Estensjoni ta’ motiv eżistenti – Ammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2))

17.    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Ħlasijiet u spejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Spejjeż miġbura għas-servizzi amministrattivi u tekniċi pprovduti mill-ECHA – Kompetenza tal-ECHA biex tistabbilixxi l-ammont tagħhom

(Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 2343/2002, Artikolu 59, u Nru 340/2008, Artikolu 11(5) u 13(4))

18.    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Ħlasijiet u spejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Tnaqqis tal-ħlasijiet previst għall-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju – Determinazzjoni tad-daqs tal-impriża – Teħid inkunsiderazzjoni tar-relazzjonijiet li l-impriża għandha ma impriżi li joperaw fi swieq jew f’setturi differenti – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006; Regolament tal-Kummissjoni Nru 340/2008, Artikolu 2(1); Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361, premessa 9 u l-Anness, Titolu I)

19.    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Ħlasijiet u spejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Tnaqqis tal-ħlasijiet previst għall-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju – Determinazzjoni tad-daqs tal-impriża – Teħid inkunsiderazzjoni tal-impriżi li fihom hija għandha sehem fil-kapital – Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 340/2008, Artikolu 2(1); Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361, Anness, punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3))

20.    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Ħlasijiet u spejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Kalkolu – Teħid inkunsiderazzjoni tal-ispejjeż sostnuti mill-ECHA minħabba l-informazzjoni żbaljata pprovduta mill-impriża dikjaranti – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 340/2008, premessa 11 u l-Artikolu 13(4))

21.    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi – Regolament REACH – Ħlasijiet u spejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) – Spejjeż amministrattivi miġbura mingħand impriża li talbet inutilment li tingħata tnaqqis jew eżenzjoni – Skop

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, premessa 8u l-Artikolu 74; Regolament tal-Kummissjoni Nru 340/2008, premessa 9 u l-Artikolu 13(4))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 21-23, 59)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 24)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 38)

4.      Il-possibbiltà li tiġi invokata l-inapplikabbiltà ta’ att ta’ portata ġenerali abbażi tal-Artikolu 277 TFUE ma tikkostitwixxix dritt ta’ azzjoni awtonomu u tista’ tiġi eżerċitata biss b’mod inċidentali. Għalhekk, is-sempliċi invokazzjoni ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità kontra leġiżlazzjoni adottata minn istituzzjoni ma tistax tippermetti li din tal-aħħar titressaq quddiem il-qorti tal-Unjoni. Kull interpretazzjoni oħra tkun tammonta għall-konfutazzjoni tal-fatt li l-possibbiltà li tiġi invokata l-inapplikabbiltà ta’ att ta’ portata ġenerali abbażi tal-Artikolu 277 TFUE ma tikkostitwixxix dritt ta’ azzjoni awtonomu.

Barra minn hekk, peress li t-tilwima hija ddeterminata fir-rikors promotur, eċċezzjoni ta’ illegalità hija inammissibbli meta tiġi eċċepita fi stadju sussegwenti tal-proċedura. F’dan ir-rigward, eċċezzjoni ta’ illegalità invokata minn rikorrent fl-istadju tal-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija inammissibbli meta l-Artikolu 277 TFUE ma huwiex fost id-dispożizzjonijiet invokati fir-rikors promotur insostenn tar-rikors, u meta ma tkun ibbażata fuq ebda punt ta’ liġi jew ta’ fatt li rriżulta matul il-proċedura.

(ara l-punti 40, 41)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 42)

6.      Peress li r-rekwiżiti għall-ammissibbiltà ta’ rikors għandhom in-natura ta’ ordni pubbliku, il-qorti tal-Unjoni għandha teżaminahom ex officio u l-istħarriġ tagħha, f’dan ir-rigward, ma huwiex limitat biss għall-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-partijiet.

(ara l-punt 44)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 52, 53)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 54, 55)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 58)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 60)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 65)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 66)

13.    Fil-kuntest tal-funzjonijiet ta’ implementazzjoni baġitarja mogħtija lilha, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandha tiżgura ruħha mill-ġbir tad-dħul kollu dovut lilha, li fosthom hemm il-ħlasijiet magħmula mill-impriżi. F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 13(3) tar-Regolament Nru 340/2008, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament Nru 1907/2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi, jirriżulta espliċitament li l-ECHA tista’ titlob, f’kull ħin, provi li juru li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ tnaqqis ta’ ħlasijiet jew spejjeż jew għall għoti ta’ eżenzjoni mill-ħlasijiet huma ssodisfatti. Barra minn hekk, abbażi tal-Artikolu 13(4) tar-Regolament Nru 340/2008, hija l-ECHA li tirċievi l-ħlasijiet jew l-ispiża sħiħa kif ukoll l-ispiża amministrattiva, fejn persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara li hija intitolata għal tnaqqis jew għal eżenzjoni mill-ħlasijiet ma tkunx tista’ turi li hija intitolata għal tali tnaqqis jew eżenzjoni. Minn dan jirriżulta li l-ECHA għandha l-kompetenza neċessarja sabiex tivverifika li r-rekwiżiti huma ssodisfatti sabiex impriża dikjaranti tkun tista’ tibbenefika minn tnaqqis ta’ ħlasijiet jew ta’ spejjeż jew minn eżenzjoni mill-ħlasijiet.

L-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1907/2006 ma jistax jibdel din il-konklużjoni peress li l-imsemmi artikolu għandu skop differenti, jiġifieri dak li jiġi żgurat li l-fajls ta’ reġistrazzjoni ddepożitati mill-impriżi dikjaranti huma kompleti.

(ara l-punti 74, 75)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 78)

15.    Ma jistax bħala prinċipju jiġi eskluż li d-dispożizzjonijiet ta’ rakkomandazzjoni jistgħu japplikaw permezz ta’ riferiment espliċitu ta’ regolament għad-dispożizzjonijiet tal-istess rakkomandazzjoni bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ġenerali tad-dritt u, b’mod partikolari, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

F’dan ir-rigward, fir-rigward tar-rakkomandazzjoni 2003/361, dwar id-definizzjoni tal-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, ma hemm xejn li jippermetti li jitqies, fl-assenza ta’ indikazzjoni f’dan is-sens, li r-riferiment espliċitu magħmul fir-Regolament Nru 1907/2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi u fir-Regolament Nru 340/2008, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament Nru 1907/2006, jirrigwarda biss parti mill-imsemmija definizzjoni, bl-esklużjoni ta’ wħud mill-kriterji msemmija fl-anness tal-imsemmija rakkomandazzjoni. Fil-fatt, l-Artikolu 3(36) tar-Regolament Nru 1907/2006 jagħmel speċifikament riferiment għad-definizzjoni tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju li tidher fir-Rakkomandazzjoni 2003/361. Din id-definizzjoni, kif prevista fit-Titolu I tal-anness tal-imsemmija rakkomandazzjoni, ma tinkludix biss l-għadd ta’ persunal u l-limiti finanzjarji li jippermettu li jiġu ddefiniti l-kategoriji ta’ impriżi, iżda wkoll, b’mod partikolari, it-tipi ta’ impriżi meħuda inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-għadd ta’ persunal u tal-ammonti finanzjarji. Għandu jiġi żgurat li din id-definizzjoni ma tiġix evitata għal raġunijiet purament formali.

(ara l-punti 80, 81)

16.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 91)

17.    L-għan tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 340/2008, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament Nru 1907/2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi, huwa li jippermetti, taħt ċerti kundizzjonijiet, li l-ECHA tiġbor spiża għal servizzi li ma humiex koperti minn ħlasijiet jew minn spiża oħra prevista mill-imsemmi regolament. Għalhekk, il-klassifikazzjoni magħmula mill-Bord ta Tmexxija tal-ECHA neċessarjament tinkludi l-iffissar tal-ammont tal-ispejjeż inkwistjoni, bla ħsara għall-opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni u jekk ma jkunx hekk l-imsemmi Artikolu 11 jitlef l-effettività tiegħu. Sa fejn l-Artikolu 13(4) tar-Regolament Nru 340/2008, li jirrigwarda speċifikament l-ispiża amministrattiva, jagħmel riferiment għall-proċedura prevista fl-Artikolu 11(5) tal-istess regolament, xejn ma jippermetti li jitqies li l-ECHA ma għandhiex il-kompetenza meħtieġa biex tistabbilixxi l-ammont tal-imsemmija spiża.

F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 59 tar-Regolament Nru 2343/2002, dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament Nru 1605/2002, dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ma jistax jiġi dedott li l-Bordijiet ta’ tmexxija ta’ entitajiet tal-Unjoni ma jistax ikollhom, jekk ikun il-każ, il-kompetenza neċessarja sabiex jiddeterminaw il-ħlasijiet jew it-taxxi.

Għalhekk, peress li l-ECHA għandha l-kompetenza neċessarja sabiex twettaq il-verifika tad-daqs tal-impriżi dikjaranti u, konsegwentement, li titlob il-ħlas tal-ħlasijiet u tal-ispejjeż amministrattivi dovuti, l-iffirmar, mid-Direttur Eżekuttiv tal-ECHA, ta’ deċiżjoni dwar id-daqs ta’ impriża li tapplika l-ħlas sħiħ u li timponi spiża amministrattiva, ma huwiex ivvizzjat b’illegalità.

(ara l-punti 93, 94, 104)

18.    Kif jirriżulta mill-premessa 9 tar-Rakkomandazzjoni 2003/361, dwar id-definizzjoni tal-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, li għaliha jagħmel riferiment ir-Regolament Nru 340/2008, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament Nru 1907/2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi, l-analiżi tar-relazzjonijiet li jistgħu jeżistu bejn diversi impriżi hija intiża sabiex mill-klassifikazzjoni ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju jiġu esklużi gruppi ta’ impriżi li s-setgħa ekonomika tagħhom tkun ikbar minn dik ta’ impriża żgħira u ta’ daqs medju. Din is-setgħa ekonomika, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni kuntrarja, ma tistax tkun limitata għal gruppi ta’ impriżi li joperaw fl-istess swieq, jekk mhux saħansitra f’setturi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1907/2006. Kull interpretazzjoni differenti xxejjen is-sens tad-definizzjoni ta’ impriżi żgħar u ta’ daqs medju prevista fir-Rakkomandazzjoni 2003/361 u applikabbli, b’riferiment espliċitu, fil-kuntest tar-Regolament Nru 1907/2006.

(ara l-punt 98)

19.    Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-anness tar-Rakkomandazzjoni 2003/361, dwar id-definizzjoni tal-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, jipprevedi li l-impriżi li għandhom, waħda jew oħra, relazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tal-istess anness permezz ta’ persuna fiżika jew ta’ grupp ta’ persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien ukoll huma meqjusa impriżi assoċjati sakemm dawn l-impriżi jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom jew parti minnhom fl-istess suq inkwistjoni jew fi swieq relatati. F’dan ir-rigward, impriża għandha relazzjonijiet, bħal dawk elenkati fl-imsemmija dispożizzjoni, diretti ma impriżi oħra, meta hija jkollha iktar minn 50 % tal-kapital tagħhom u meta għalhekk tkun teżisti preżunzjoni li hija għandha l-maġġoranza tad-drittijiet ta’ vot fi ħdan dawn l-impriżi. Il-fatt li l-ishma tal-impriża detentriċi huma miżmuma minn persuni fiżiċi ma jbiddilx din il-konklużjoni.

(ara l-punt 99)

20.    Mill-premessa 11 tar-Regolament Nru 340/2008, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament Nru 1907/2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi, jirriżulta li l-impożizzjoni ta’ spiża amministrattiva mill-ECHA tikkontribwixxi għall-għan li l-impriżi dikjaranti jiġu skoraġġuti milli jittrażmetti informazzjoni falza. Minn din il-premessa jirriżulta wkoll li l-ispiża amministrattiva ma għandhiex tiġi ekwiparata għal multa. F’dan ir-rigward, fir-rigward taċ-ċirkustanza li l-ammont tal-ispiża amministrattiva ġie kkalkolat abbażi tal-ispejjeż ta’ verifika sostnuti mill-ECHA, inklużi l-ispejjeż li, fl-aħħar mill-aħħar, ma jiġux sostnuti mill-impriżi li pprovdew informazzjoni korretta f’dak li jirrigwarda d-daqs tagħhom, tali ċirkustanza, bħala tali, ma tistax twassal għall-konklużjoni li l-ammont tal-ispiża amministrattiva hija ekwiparabbli għal multa, peress li l-ispiża amministrattiva tikkontribwixxi wkoll għall-għan intiż li jiskoraġġixxi t-trażmissjoni ta’ informazzjoni falza mill-impriżi.

(ara l-punt 112)

21.    L-użu tas-singular fl-espressjoni “spiża amministrattiva”, fil-kuntest tal-Artikolu 13(4) tar-Regolament Nru 340/2008, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament Nru 1907/2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi, jfisser li, meta persuna fiżika jew ġuridika ma tistax turi li għandha dritt għat-tnaqqis mitlub, l-ECHA timponilha spiża amministrattiva. Għaldaqstant dan ma għandux ifisser li l-ammont ta’ din l-ispiża amministrattiva għandu jkun identiku għall-impriżi dikjaranti kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom. B’mod partikolari, wieħed mill-għanijiet tar-Regolament Nru 1907/2006 huwa li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 8 u mill-Artikolu 74(3) tal-imsemmi regolament. Barra minn hekk, u b’mod iktar speċifiku, il-premessa 9 tar-Regolament Nru 340/2008 tindika li ħlasijiet u spejjeż imnaqqsa għandhom japplikaw għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Barra minn hekk l-impożizzjoni ta’ spiża amministrattiva tikkontribwixxi għall-għan intiż li jiskoraġġixxi t-trażmissjoni ta’ informazzjoni falza mill-impriżi. Il-persegwiment ta’ dan l-għan jista’ jimplika, jekk ikun il-każ, it-teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs reali tal-impriżi dikjaranti.

(ara l-punt 113)