Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2020 – L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-778/16 u T-892/16) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna implimentata mill-Irlanda – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha – Deċiżjonijiet dwar it-taxxa (tax rulings) – Vantaġġi fiskali selettivi – Prinċipju ta’ distakkament”)

Lingwa tal-kawża : l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent fil-kawża T-778/16: L-Irlanda (rappreżentanti: K. Duggan, M. Browne, J. Quaney, A. Joyce, aġenti, assistiti minn P. Gallagher, M. Collins, SC, P. Baker, QC, S. Kingston, C. Donnelly, A. Goodman u B. Doherty, barristers)

Rikorrent fil-kawża T-892/16: Apple Sales International (Cork, l-Irlanda), Apple Operations Europe (Cork) (rappreżentanti: A. von Bonin, E. van der Stok, avukati, D. Beard, QC, A. Bates, L. Osepciu u J. Bourke, barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u R. Lyal, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent fil-kawża T-778/16: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: T. Uri, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u S. Naudin, avukati)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent fil-kawża T-892/16: L-Irlanda (rappreżentanti: K. Duggan, J. Quaney, M. Browne, A. Joyce, assistiti minn P. Gallagher, M. Collins, P. Baker, S. Kingston, C. Donnelly, u B. Doherty)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta fil-kawża T-778/16: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Rzotkiewicz u A. Kramarczyk-Szaładzińska, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta fil-kawża T-892/16: L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA (rappreżentanti: C. Zatschler, M. Sánchez Rydelski u C. Simpson, aġenti)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1283 tat-30 ta’ Awwissu 2016 dwar Għajnuna mill-Istat SA.38373 (2014/C) (ex 2014/NN) (ex 2014/CP) implimentata mill-Irlanda lil Apple (ĠU 2017, L 187, p. 1).

Dispożittiv

Il-Kawżi T-778/16 u T-892/16 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1283 tat-30 ta’ Awwissu 2016 dwar Għajnuna mill-Istat SA.38373 (2014/C) (ex 2014/NN) (ex 2014/CP) implimentata mill-Irlanda lil Apple hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Irlanda, fil-kuntest tal-Kawża T-778/16, u dawk ta’ Apple Sales International u ta’ Apple Operations Europe.

L-Irlanda, fil-kuntest tal-Kawża T-892/16, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Polonja u l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 38, 6.2.2017.