Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Mejju 2012 - Sunrider vs UASI - Nannerl (SUN FRESH)

(Kawża T-221/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Sunrider Corp. (L-Istati Uniti) (rappreżentanti: N. Dontas u E. Markakis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Nannerl GmbH & Co. KG (Anthering bei Salzburg, l-Awstrija)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li dan ir-rikors huwa ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 Marzu 2012 fil-Każ R 2401/2010-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tar-rikorrenti neċessarjament sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti li saru quddiem ir-Raba' Bord Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "SUN FRESH", għal prodotti fil-klassi 32 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6171433

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 605014 tat-trade mark verbali "SUNNY FRESH", għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni bħala trade mark tar-Renju Unit Nru 2016689 għat-trade mark figurattiva bl-iswed u l-abjad "SUNRIDER SUNNY FRESH", għal prodotti fil-klassi 32; reġistrazzjoni tat-trade mark Irlandiża Nru 169766 għat-trade mark figurattiva bl-iswed u l-abjad "SUNRIDER SUNNY FRESH", għal prodotti fil-klassi 32; reġistrazzjoni tat-trade mark Ungeriża Nru 144500 għat-trade mark verbali "SUNNYFRESH", għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Benelux Nru 574389 għat-trade mark figurattiva bl-iswed u l-abjad "SUNRIDER SUNNY FRESH", għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa u l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni kkontestata annullata u l-oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati:

-    ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

-    ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

-    ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tal-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

____________