Language of document : ECLI:EU:T:2013:181





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2013 — Performing Right Society vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑421/08)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq ġeografiku — Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet nazzjonali ta’ ġestjoni kollettiva — Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali — Prova — Preżunzjoni ta’ innoċenza”

1.                     Rikors għal annullament — Stħarriġ tal-legalità — Kriterji — Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data tal-adozzjoni tal-att ikkontestat (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 76)

2.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 92, 139, 194)

3.                     Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Deċiżjoni li tikkonstata ksur iżda ma timponix multa — Applikabbiltà (Artikolu 81(1) KE; Artikolu 6(2) UE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1)) (ara l-punti 93-97)

4.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment — Provi bbażati biss fuq l-aġir tal-impriżi — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur — Obbligi tal-Kummissjoni li jikkontestaw il-plawżibbiltà tal-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-impriżi (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 98-102, 108, 161)

5.                     Akkordji — Projbizzjoni — Akkordji li jestendu l-effetti tagħhom lil hinn mit-tmiem formali tagħhom — Applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 124)

6.                     Akkordji — Prattika miftiehma — Aġir parallel — Preżunzjoni ta’ eżistenza ta’ ftehim — Limiti — Rifjut, mis-soċjetajiet nazzjonali ta’ ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur, li jħallu utent stabbilit fi Stat Membru ieħor jaċċedi direttament għar-repertorju tagħhom — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 138)

7.                     Proċedura ġudizzjarja — Intervent — Rikors li għandu l-għan li jsostni jew li jiċħad it-talbiet ta’ waħda mill-partijiet — Rikors intiż li jitlob ukoll l-annullament ta’ dispożizzjoni li ma tkunx imsemmija mit-talbiet ta’ waħda mill-partijiet — Inammissibbiltà parzjali (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 40 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 116(4)) (ara l-punti 185, 186)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni C (2008) 3435 finali tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 – CISAC).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura mressqa mill-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.

2)

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni C (2008) 3435 finali tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38698 – CISAC), huwa annullat sa fejn jikkonċerna lil Performing Right Society Ltd.

3)

L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni C (2008) 3435 finali hija annullata, sa fejn jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, sa fejn jikkonċerna lil Performing Right Society.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Performing Right Society għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha stess, għajr dawk marbuta mal-interventi insostenn tal-Kummissjoni.

6)

Is-Sociedad General de Autores y Editores (SGAE) għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

7)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Performing Right Society, għajr dawk marbuta mal-interventi insostenn tal-Kummissjoni, u nofs l-ispejjeż sostnuti mill-SGAE.

8)

L-International Federation of the Phonographic Industry (IFPI) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Performing Right Society u li huma marbuta mal-intervent tagħha.

9)

RTL Group SA, CLT-UFA, Music Choice Europe Ltd, ProSiebenSat.1 Media AG, Modern Times Group MTG AB, Viasat Broadcasting UK Ltd u Verband Privater Rundfunk und Telemedien eV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn Performing Right Society u li huma marbuta mal-interventi tagħhom.