Rikors ippreżentat fl-1 ta' Awwissu 2012 - Leiner vs UASI - Recaro (REVARO)
(Kawża T-349/12)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rudolf Leiner GmbH (Sankt Pölten, l-Awstrija) (rappreżentanti: W. Emberger, I. Rudnay u L. Emberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Recaro Beteiligungs GmbH (Kaiserslautern, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta' Mejju 2012 fil-Każ R 482/2011-1 sabiex jiġi ppreżentat l-appell, jew alternattivament, tannulla d-deċiżjoni;
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali li tinkludi l-element "REVARO", għal prodotti fil-klassijiet 11, 20 u 24
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Recaro Beteiligungs-GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali "RECARO" għal prodotti fil-klassijiet 10, 12, 14, 20, 25 u 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
____________