Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Mocová vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-347/12 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien determinat – Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid – Ċaħda tal-ilment – Obbligu ta’ motivazzjoni –Motiv mogħti fid-deċiżjoni dwar iċ-ċaħda tal-ilment”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Dana Mocová (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Appell kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-13 ta’ Ġunju 2012, Mocová vs Il-Kummissjoni (F-41/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

D. Mocová għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

____________

1 ĠU C 86, 23.3.2013.