Language of document : ECLI:EU:T:2014:116





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Marzu 2014 – Globosat Programadora vsUASI – Sport TV Portugal (SPORT TV INTERNACIONAL)

(Kawża T‑348/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SPORT TV INTERNACIONAL – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SPORTV – Raġuni relattiva għal rifjut – Prova ta’ użu tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

1.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Interpretazzjoni fid-dawl tar-ratio legis tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009) (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 19, 20)

2.                     Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3)) (ara l-punti 21-25)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Mejju 2012 (Każ R 2079/2010‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Globosat Programadora Ltda u Sport TV Portugal, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Globosat Programadora Ltda hija kkundannata għall-ispejjeż.