Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2014 –
Grupo Flexi de León vs UASI (FLEXI)
(Kawża T‑352/12)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLEXI – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott – Trade mark verbali FLEXI (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 18-24, 30)
2. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni mill-Uffiċċju tal-karattru reġistrabbli – Produzzjoni ta’ provi – Assenza ta’ neċessità (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 26)
3. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 29)
4. Trade mark Komunitarja – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ legalità – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Effett (ara l-punti 32, 33)
5. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri – Effett (ara l-punt 35)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1335/2011‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FLEXI bħala trade mark Komunitarja. |
Dispożittiv
2) | | Grupo Flexi de León SA de CV hija kkundannata għall-ispejjeż. |