Language of document : ECLI:EU:T:2011:602





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2011 – dm‑drogerie markt vs UASI – Semtee (caldea)

(Kawża T-304/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva caldea – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti BALEA – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20, 28, 59, 65, 66)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 899/2009‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm‑drogerie markt GmbH & Co. KG u Semtee.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

dm-drogerie markt GmbH & Co. KG hija kkundannata, minbarra għall‑ispejjeż tagħha, għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall‑Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-intervent ta’ Semtee.