Language of document : ECLI:EU:T:2012:57





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Frar 2012 — Hartmann‑Lamboy vs UASI — Diptyque (DYNIQUE)

(Kawża T-305/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DYNIQUE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti DIPTYQUE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 33-35)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Mejju 2010 (Każ R 1217/2009‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diptyque SAS u Marlies Hartmann-Lamboy.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Marlies Hartmann-Lamboy hija kkundannata għall-ispejjeż.