Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Ecoceane vs AESM

(Kawża T-518/09) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċeduri ta’ sejħa għal offerti – Intervent minn bastimenti ta’ sostenn fil-ġlieda kontra t-tniġġis permezz tal-idrokarburi – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Trasparenza – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ecoceane (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Spalter, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (AESM) (rappreżentanti: J. Menze, aġent, assistit minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AESM, tat-28 ta’ Ottubru 2009, li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EMSA/NEG/1/2009, dwar kuntratti għal servizzi marbuta mal-intervent ta’ bastimenti ta’ sostenn fil-ġlieda kontra t-tniġġis permezz tal-idrokarburi (Lott Nru 2: L-Atlantiku/Il-Kanal Ingliż), kif ukoll tad-deċiżjoni li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ecoceane hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (AESM).