Language of document : ECLI:EU:T:2014:263





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Mejju 2014 — Toshiba vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑519/09)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tat-transformers tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ftehim ta’ tqassim tas-suq — Prova tat-tbegħid tal-akkordju — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni — Effett fuq il-kummerċ — Ostakoli għad-dħul — Multi — Ammont bażiku — Sena ta’ referenza — Punt 18 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Użu ta’ parti mis-suq fittizja fis-suq taż-ŻEE”

1.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju — Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni — Sensiela ta’ indizji — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 33-41, 117, 176, 184)

2.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Użu ta’ dikjarazzjonijiet ta’ impriżi oħra li pparteċipaw fil-ksur bħala mezzi ta’ prova — Ammissibbiltà — Saħħa probatorja ta’ depożizzjonijiet volontarji mwettqa mill-parteċipanti prinċipali f’akkordju bl-għan li jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni (Artikolu 81(1) KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03) (ara l-punti 46-50)

3.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Provi dokumentali — Evalwazzjoni tas-saħħa probatorja ta’ dokument — Kriterji — Dokumenti interni ta’ impriża (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 93, 94, 97)

4.                     Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Prova tal-ksur — Xhieda tal-impjegati ta’ kumpannija involuta fil-ksur — Valur probatorju — Evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 149, 150)

5.                     Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà — Grad tas-saħħa probatorja mitluba mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni (Artikolu 81 KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1)) (ara l-punti 156-158)

6.                     Akkordji — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Ċirkustanza li tippermetti, fl-assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda, li jiġi konkluż li l-impriża pparteċipat fl-akkordju sussegwenti — Tbegħid pubbliku — Evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 206, 212, 213)

7.                     Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għan antikompetittiv — Konstatazzjoni suffiċjenti — Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba r-riżultat (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 230, 231)

8.                     Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 239-241, 244)

9.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Dħul mill-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni — Sena ta’ referenza — Obbligu li jsir riferiment għall-aħħar sena sħiħa tal-ksur — Assenza (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 13) (ara l-punti 254, 255, 259)

10.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Linji gwida adottati mill-Kummissjoni — Ammont bażiku tal-multa — Kalkolu skont il-valur tal-bejgħ tal-impriżi li jipparteċipaw fil-ksur fis-settur ġeografiku kkonċernat — Ftehimiet mondjali ta’ tqassim tas-suq — Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ aggregat tal-impriżi kkonċernati fis-suq mondjali u tal-aħjar data disponibbli — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Artikolu 81(1) KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(3); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 13 u 18) (ara l-punti 272, 274‑276, 283‑286, 288-291)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ Ottubru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.129 – Transformers tal-Elettriku), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Toshiba Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.