Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Novembru 2011 - Dorma vs UASI - Puertas Doorsa (doorsa FÁBRICA DE PUERTAS AUTOMÁTICAS)

(Kawża T-500/10) 

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva doorsa FÁBRICA DE PUERTAS AUTOMÁTICAS - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti DORMA - Dokumenti ġodda li jirrigwardaw l-eżistenza tar-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti ppreżentati fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dorma GmbH & Co. KG (Ennepetal, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Puertas Doorsa, SL (Petrel, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta' Awwissu 2010 (Każ R 542/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Dorma GmbH & Co. KG u Puertas Doorsa, SL.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Dorma GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 346, 18.12.2010.