Rettifika għall-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-527/10(Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 227 tat-28.7.2012, p. 20)
L-avviż fil-ĠU fil-kawża T-527/10, Google vs UASI - G-mail (GMail), għandu jinqara kif ġej :
"Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Ġunju 2012 - Google vs UASI - G-mail (GMail)
(Kawża T-527/10)
("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Google, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: G-mail GmbH (Los Angeles, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Eble, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta' Settembru 2010 (Każ R 342/2010-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Giersch Ventures LLC u Google, Inc.
Dispożittiv
1) Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2) Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll, kull waħda minnhom, in-nofs tal-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.
____________1 - ĠU C 30, 29.01.2011."