Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Supremo Tribunal Administrativo - il-Portugall) – Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas

(Kawża C-64/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 19(1) TUE – Rimedji ġudizzjarji – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Indipendenza ġudizzjarja – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47 – Tnaqqis tar-remunerazzjonijiet fis-servizz pubbliku nazzjonali – Miżuri ta’ awsterità baġitarja)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Associação Sindical dos Juízes Portugueses

Konvenut: Tribunal de Contas

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju tal-indipendenza tal-imħallfin ma jipprekludix l-applikazzjoni fuq il-membri tat-Tribunal de Contas (il-Qorti tal-Awdituri, il-Portugall) miżuri ġenerali ta’ tnaqqis ta’ pagi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, marbuta ma’ restrizzjonijiet li jeliminaw defiċit baġitarju eċċessiv u programm ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 156, 02.05.2016