Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Ottubru 2012 - Ellinika Nafpigeia u Hoern vs il-Kummissjoni

(Kawża T-466/11) 

("Rikors għal annullament - Għajnuna mogħtija mill-Istat - Bini ta' vapuri - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi lil tarzna - Miżuri ta' eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-inkompatibbiltà tal-għajnuna u li tordna l-irkupru tagħha - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ellinika Nafpigeia AE (Skaramagka, il-Greċja); u 2. Hoern Beteiligungs GmbH (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K Chrysogonos u A. Mitsis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għal-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni C (2010) 8274 finali, tal-1 ta' Diċembru 2010, dwar l-"għajnuna mill-Istat CR 16/2004 - eżekuzzjoni tad-deċiżjoni negattiva u rkupru tal-għajnuna mill-istat mogħtija lill-kumpannija [Ellinika Nafpigeia AE] - invokazzjoni mill-Greċja tal-Artikolu 346(1)(b) TFUE u proċeduri skont l-Artikolu 348(1) TFUE ", kif ikkompletata mid-dokumenti u l-provi l-oħrajn tal-fajl kif ħadu konjizjoni parziali tagħhom ir-rikorrenti f'Ġunju 2011.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta' Nafpigikes kai viomichanikes epicheiriseis Elefsinas.

Ellinika Nafpigeia AE u 2. Hoern Beteiligungs GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Nafpigikes kai viomichanikes epicheiriseis Elefsinas, il-parti li talbet tintervjeni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 331, 12.11.2011.