Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2015 – Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-470/11) 1

(“Kompetizzjoni – Suq tal-metakrilati – Multi – Responsabbiltà in solidum tal-kumpanniji parent u tas-sussidjarja tagħhom għall-aġir ta’ ksur ta’ din tal-aħħar – Ħlas immedjat u sħiħ tal-multa mis-sussidjarja – Tnaqqis tal-ammont tal-multa tas-sussidjarja wara sentenza tal-Qorti Ġenerali – Ittri tal-Kummissjoni li jeżiġu mill-kumpanniji parent il-ħlas tas-somma rrimborsata minnha lis-sussidjarja, miżjuda bl-interessi moratorji – Rikors għal annullament – Att kontestabbli – Ammissibbiltà – Interessi moratorji”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Total SA (Courbevoie, Franza); u Elf Aquitaine SA (Courbevoie) (rappreżentanti: inizjalment A. Noël-Baron u É. Morgan de Rivery, sussegwentement É. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittri tal-Kummissjoni BUDG/DGA/C4/BM/s746396, tal-24 ta’ Ġunju 2011, u BUDG/DGA/C4/BM/s812886, tat-8 ta’ Lulju 2011, jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammonti mitluba jew, iktar sussidjarjament, għall-annullament tal-interessi moratorji mitluba mingħand Elf Aquitaine, fl-ammont ta’ EUR 31 312 114.58, li għalihom Total hija marbuta in solidum sal-ammont ta’ EUR 19 191 296.03DispożittivL-ittri tal-Kummissjoni BUDG/DGA/C4/BM/s746396, tal-24 ta’ Ġunju 2011, u BUDG/DGA/C4/BM/s812886, tat-8 ta’ Lulju 2011, huma annullati sa fejn il-Kummissjoni Ewropea eżiġiet fihom mingħand Elf Aquitaine SA interessi moratorji fl-ammont ta’ EUR 31 312 114.58 li għalihom Total SA ġiet marbuta in solidum sal-ammont ta’ EUR 19 191 296.03.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni għandha tbati żewġ partijiet minn ħames partijiet tal-ispejjeż ta’ Total u ta’ Elf Aquitaine u tliet partijiet minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħha. Total u Elf Aquitaine għandhom ibatu, min-naħa tagħhom, tliet partijiet minn ħames partijiet tal-ispejjeż tagħhom u żewġ partijiet minn ħames partijiet tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.