Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Mejju 2011 - Arkema Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-343/08) 1

"Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-klorat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Ċirkustanza aggravanti - Reċidiva - Ċirkustanza attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Valur miżjud sinjifikattiv"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Arkema France (Colombes, Franza) (rappreżentanti: inizjalment A. Winckler, S. Sorinas u H. Kanellopoulos, sussegwentement S. Sorinas, E. Jégou u M. Sabeva, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, É. Gippini Fournier u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 2626 finali, tal-11 ta' Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/38.695 - Klorat tas-sodju), sa fejn l-imsemmija deċiżjoni tikkonċerna lil Arkema Fance u, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammonti tal-multi li ġew imposti fuq din tal-aħħar fl-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Arkema France hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 285, 08.11.2008.