Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Jannar 2013 - Alfastar Benelux vs Il-Kunsill

(Kawża T-274/12) 

("Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Tmiem tas-suġġett tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Rikors manifestament infondat fid-dritt")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alfastar Benelux SA (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Keramidas u N. Korogiannakis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Vitsentzatos u E. Chatziioakeimidou, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kunsill naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 266 TFUE, billi naqas milli jadotta l-miżuri għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-20 ta' Ottubru 2011, Alfastar Benelux vs Il-Kunsill (T-57/09, li ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni skont l-Artikolu 340 TFUE.

Dispożittiv

1)    Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba intiża sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni, imressqa minn Alfastar Benelux SA.

2)    It-talba għal kumpens imressqa minn Alfastar Benelux hija miċħuda bħala manifestament infondat fid-dritt.

3)    Alfastar Benelux għandha tbati 50 % mill-ispejjeż tagħha kif ukoll 50 % mill-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill għandu jbati 50 % mill-ispejjeż tiegħu kif ukoll 50 % mill-ispejjeż sostnuti minn Alfastar Benelux.

____________

1 - ĠU C 243, 11.08.2012.