Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2020 – Sherpa Europe vs EUIPO – Núcleo de comunicaciones y control (SHERPA NEXT)

(Kawża T-170/19) 1

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sherpa Europe, SL (Erandio, Spanja) (rappreżentanti: M. Esteve Sanz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. García Murillo u M. J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Núcleo de comunicaciones y control, SL (Tres Cantos, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Diċembru 2018 (Każ R 523/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Núcleo de comunicaciones y control u Sherpa Europe.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Sherpa Europe, SL, hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

Núcleo de comunicaciones y control, SL, għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 155, 6.5.2019.