Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Frar 2012 — AJD Tuna vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-329/08)

“Rikors għal annullament — Regolament (KE) Nru 530/2008 — Irkupru tal-istokkijiet tat-tonn — Iffissar tat-TAC għas-sena 2008 — Att ta’ portata ġenerali — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Possibbiltà li rikors ippreżentat qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona jkun ibbażat fuq ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Assenza (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 28)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament li jistabbilixxi miżuri ta’ urġenza li jirrestrinġu s-sajd għat-tonn — Att ta’ portata ġenerali — Rikors ta’ proprjetarju ta’ impriżi awtorizzati li jeżerċitaw attivitajiet ta’ tismin u ta’ trobbija tat-tonn — Rikorrent li ma huwiex ikkonċernat individwalment — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 530/2008) (ara l-punti 30-35, 38-44)

3.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interpretazzjoni contra legem tal-kundizzjoni relatata man-neċessità li persuna tkun individwalment ikkonċernata — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47) (ara l-punt 46)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45°W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

AJD Tuna Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.